Jum Għawdex 2022

JUM GĦAWDEX 2022
 
224 SENA ANNIVERSARJU
 
Fit-28 ta’ Ottubru 1798, l-Għawdxin, li kienu megħjunin mill-flotot Ingliżi u Portugiżi, ħadu lura lil Għawdex mill-ħakkiema Franċiżi. Il-ħakma tal-Franċiżi f’Għawdex damet għal 141 jum. Bi gvern proviżorju magħmul mill-Għawdxin mexxew lil Għawdex b’mod indipendenti.
 
Il-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex sa mit-twaqqif tiegħu beda jfakkar dan l-avveniment storiku ta’ kull sena u b’mod uffiċċjali ddikjara it-28 ta’ Ottubru bħala Jum Għawdex. Din is-sena, nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Ottubru 2022, fil-preżenza tal-E.T. Dr. George Vella, President tar-Repubbika ta’ Malta, il-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex flimkien mal-Ministeru għal Għawdex u ċ-Circolo Gozitano, fakkar dan il-Jum glorjuż b’ċerimonja tat-tqegħid ta’ kuruni quddiem il-Monument tal-Arċipriet Saverio Cassar fi Pjazza Indipendenza, segwitha b’Konċelebrazzjoni Pontifikali ġewwa l-Katidral ta’ Għawdex.
 
Wara din il-Konċelebrazzjoni sar ukoll l-Għoti ta’ Ġieħ Għawdex gewwa is-Sentinella. Nifirħu u nawguraw lil Chev. Christopher Galea u lil Profs. Maria Frendo li ngħataw Ġieħ Għawdex 2022 għall-ħidma sfieqa u fejjieda tagħhom fi ħdan il-komunità Għawdxija. 
 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *