Idea għal Għawdex

Għal din is-sena xtaqna li nagħmlu xi ħaġa prattika biex niċċelebraw dan il-jum u għalhekk ħdimna fuq inizjattiva li se tibda mix-xahar li ġej. Ħassejna l-bżonn li nibdew mmorru fl-iskejjel sekondarji u s-6th Form t’Għawdex u nitolbu lil kull student jikteb: IDEA GĦAL GĦAWDEX.
 
Dawn l-ideat sejrin imbagħad jinġabru u jiġu ppreżentati lis-Sindki fil-laqgħa tal-Kunsill Reġjonali li jmiss. Is-Sindki sejrin jagħżlu l-aħjar ideat li ħarġu għal-lokalità tagħhom u jibdew iwettquhom matul is-sena li ġejja b’sehem attiv tal-istudenti li jkunu ħarġu bl-ideat.
B’hekk bħala Reġjun qed niżguraw li ż-żgħażagħ tagħna jkollhom sehem attiv fil-lokalità li fiha jgħixu u kif flimkien nistgħu noħolqu Għawdex aħjar.
 
Għawdex tal-futur. Din hija IDEA għal GĦAWDEX. 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *