L-EWWEL EDIZZJONI TAL-FESTIVAL TAL-LETTERATURA GĦAWDXI – LINJA ĦAMRA
L-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Letteratura Għawdxi, organizzat mill-Kunsill Reġjonali t’Għawdex u minn Inizjamed, se jsir nhar is-Sibt l-1 u l-Ħadd it-2 ta’ April 2023. Il-qari se jseħħ f’diversi lokalitajiet madwar Għawdex.
Ħames kittieba, erba’ Għawdxin u Malti, se jkunu qed jaqraw waqt il-Festival. Il-kittieba li se jipparteċipaw f’din l-ewwel edizzjoni huma Charles Bezzina, Joe Camilleri, Elena Cardona, Corrine Zahra u Trevor Żahra. Il-qari se jsir kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż.
Inizjamed ilha torganizza l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta għal dawn l-aħħar tmintax-il sena. Huwa l-uniku festival tal-letteratura f’Malta li mhux biss jiċċelebra l-kelma fil-forma poetika u prożajka tagħha, bit-traduzzjonijiet minn u lejn numru ta’ lingwi, imma wkoll il-kelma ffilmjata, immużikata u l-kelma f’suriet oħra tal-arti.
Is-suċċess tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta wassal biex jinħoloq il-Festival tal-Letteratura Għawdxi. L-għan ta’ dan il-Festival hu li jgħaqqad u jwassal il-kitbiet ta’ kittieba Għawdxin u Maltin fil-komunità Għawdxija; iressaq lejn xulxin il-kittieba emerġenti u dawk veterani; jinvolvi lill-komunitajiet u diversi organizzazzjonijiet Għawdxin; kif ukoll jorganizza lejliet letterarji f’postijiet li normalment ma nassoċjawhomx mal-letteratura.
Permezz ta’ karozza tal-linja tradizzjonali, il-kittieba se jivvjaġġaw madwar Għawdex u jżuru l-maġġoranza tal-irħula waqt li jaqraw xogħlijiethom fuq tal-linja. Se jkun hemm ukoll qari f’postijiet differenti. Il-kotba jistgħu jinxtraw mill-ħanut Book & Art Shop fi Triq Vajrinġa, ir-Rabat.
IS-SIBT L-1 TA’ APRIL
Il-ġurnata tibda b’mixja letterarja madwar ir-Rabat. Wara, il-kittieba se jkunu qegħdin fil-ħanut tal-kotba Book & Art Shop (Triq Vajrinġa) biex jiffirmaw il-kotba u anke jgħidu kelma ma’ min iżurhom. Dan se jsir bis-sapport tal-pubblikaturi lokali Merlin Publishers, Klabb Kotba Maltin, Horizons u Faraxa Publishing. Il-pubbliku jista’ jiltaqa’ wkoll mal-kittieba waqt l-ikla ta’ nofsinhar li se ssir għand Tal-Massar. Reġistrazzjoni minn hawnhekk: https://forms.gle/UTRNYMe7pBxsTpPt5.
Filgħaxija, il-kittieba se jitilgħu fuq tal-linja u jibdew jaqraw xi xogħlijiet waqt li jżuru l-irħula tax-Xewkija, Għajnsielem, l-Imġarr, il-Qala, in-Nadur u x-Xagħra (il-Ġgantija). Għal xi 20:30, se jkun hemm qari fit-tempji tal-Ġgantija. Din il-lejla qed isseħħ b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta.
Is-serata tas-Sibt: https://www.facebook.com/events/1230781641209498/1230783181209344
IL-ĦADD IT-2 TA’ APRIL
Il-ġurnata tal-Ħadd se tibda wkoll b’mixja letterarja, did-darba fil-kampanja, b’kollaborazzjoni ma’ Wirt Għawdex u Għawdix. Wara l-mixja se jkun hemm Palk Ħieles fil-Kappella ta’ Santa Ċeċilja, fil-limiti tax-Xewkija. Il-pubbliku mistieden jaqra xogħlu b’liema lingwa jkun jixtieq. Il-pubbliku huwa mitlub jirreġistra hawn: https://forms.gle/k9FimUrfhsa8h4Mz5.
Filgħaxija, għal darb’oħra, il-kittieba se jerġgħu jitilgħu fuq tal-linja biex ikomplu jaqraw waqt li jżuru ż-Żebbuġ, l-Għasri, l-Għarb, San Lawrenz, Ta’ Kerċem, il-Munxar, Ta’ Sannat u l-Fontana. Il-Festival jispiċċa f’The Jam Project fil-Fontana.
Mixja letterarja u palk ħieles tal-Ħadd: https://www.facebook.com/events/751979699630928/
Is-serata tal-Ħadd: https://www.facebook.com/events/1230781641209498/1230783177876011
IT-TNEDIJA UFFIĊJALI TAL-FESTIVAL
Il-Festival ġie mniedi fil-Librerija Nazzjonali ta’ Għawdex fir-Rabat nhar l-24 ta’ Frar 2023 f’nofsinhar.
ATTIVITAJIET QABEL IL-FESTIVAL
Fost l-attivitajiet ta’ qabel il-Festival, nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu, se jittella’ workshop mat-tfal tas-sitt sena fl-Iskola Primarja tar-Rabat. Il-workshop se jitmexxa minn waħda mill-kittieba Għawdxin, Elena Cardona.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur il-paġni fuq Facebook tal-Kunsill Reġjonali Għawdex u Inizjamed:
www.facebook.com/regjunghawdex
IL-KITTIEBA
CHARLES BEZZINA
Charles Bezzina twieled fl-1961. Huwa awtur ta’ 10 kotba ta’ poeżiji letterarji, u daqshekk ieħor dwar Għawdex fil-Gwerra. Kiteb ukoll dwar Għawdex ta’ tfulitu … tant differenti u aktar modest. Rebbieħ darbtejn tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, ingħata l-premju Città di Valletta, Ġieħ ieħor mill-Kunsill tar-Rabat, Għawdex. u Ġieħ Għawdex. Kien ippremjat f’bosta konkorsi letterarji. Illum jinsab bħala rappreżentant għal Għawdex fil-kumitat tal-Akkademja u membru tal-George Cross Island Association, u tal-Imperial Museum, Londra. Ħadem għal 38 sena fil-Bank of Valletta.
CORRINNE ZAHRA
Corrine Zahra hija kittieba ta’ 23 sena li hija kemm minn Għawdex kif ukoll minn New York. Il-kitba ta’ Corrine hija awtobijografika li fiha tiddeskrivi l-ibridità kulturali tagħha kif ukoll l-isfidi personali li għelbet fil-passat. B’vuċi kuraġġuża u minimalista, l-istil tagħha iħeġġeġ il-qarrej jibqa’ jaqra. Bħalissa qed taħdem fuq memoir, bl-għan li jigi ppubblikat fil-futur. Sadanittant, Corrine qed tivjaġġa ħafna u tiddokumenta l-ħsibijiet u l-avventuri tagħha fuq il-blog tagħha: I’m Corrine.
ELENA CARDONA
Elena Cardona hija ggradwata fil-Malti u fil-Letteratura Tradizzjonali u l-Kultura Popolari. Hi riċerkattriċi tal-letteratura Mediterranja u Postkolonjali. Tinteressa ruħha fl-arti u fl-affarijiet kurrenti, li huma riflessi fil-kitbiet tagħha. Xi kitbiet u studji akkademiċi tagħha ġew ippubblikati fuq Leħen il-Malti u kotba akkademiċi oħra. Fl-2015 kienet il-koordinatur lokali ta’ Commonwealth Writers ġewwa Għawdex, fejn ħadet ħsieb ġurnata workshop mal-awturi. Fl-2022 ħadet sehem fis-sessjoni ta’ Medinea ġewwa Għawdex, fejn għenet lill-mużiċisti fid-dramaturġija. Fl-istess sena ppubblikat l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha bl-isem ta’ Meta Tlaqt lil Adam. Tħobb il-mixjiet twal fil-kampanja, issajjar, tisma’ l-mużika u tqatta’ ħin prezzjuż mal-klieb tagħha.
JOE CAMILLERI
Joe Camilleri Dip. Educ. (Adm. & Mgt.) twieled ir-Rabat, Għawdex fl-1946. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo, f’St Michael’s College of Education, u fl-Università ta’ Malta. Permezz ta’ boroż ta’ studju, għamel ukoll korsijiet ta’ studji fl-Institute of Education tal-Università ta’ Londra, u fl-Accademia di Belle Arti ‘Pietro Vannucci’, Perugia.
Għallem il-Malti fil-livell sekondarju u l-Istorja tal-Arti lil studenti tas-6th Form. Kien ukoll Koordinatur tal-Malti u Kap tal-Iskola tad-Drama, Nadur. Novelli, saġġi u studji analitiċi dwar l-arti viżiva dehru f’perjodiċi, gazzetti u f’pubblikazzjonijiet. Hu l-kontributur regolari dwar letteratura u arti viżiva fil-programm Għawdex Illum u għal sitt snin, fil-programm Malta u Lil Hinn Minnha ta’ TVM. Ippubblika żewġ rumanzi (wieħed minnhom f’sensiela f’gazzetta), u seba’ kotba ta’ novelli, Solitudni fil-Folla (2007), Fir-Rokna tas-Silenzju (2008), Żwiemel tar-Riħ (2010), Mużajċi tat-Tafal (2020 – shortlisted għall-Premju Nazzjonali), Ir-Raġel tas-Skiet (2021), Dwal mill-Kantini (2021), u L-Eku tal-Ħabbata (2022). Joe Camilleri hu membru tal-Akkademja tal-Malti u tal-Għaqda tal-Malti (l-Università).
TREVOR ZAHRA
Trevor Żahra, twieled 16 ta’ Diċembru 1947, kittieb u illustratur, għamel isem kemm fil-qasam tal-letteratura għat-tfal kif ukoll f’dik tal-kbar. Il-kotba tiegħu għat-tfal jinkludu: pictures books għaż-żgħar, workbooks għat-tagħlim tal-Malti, poeżiji, stejjer ta’ avventuri, ħrejjef folkloristiċi u żewġ rumanzi għall-adolexxenti. Żahra huwa wkoll illustratur u għalhekk huwa jpinġi l-istampi tal-kotba kollha tiegħu.
Għall-kbar huwa ppubblika ħames rumanzi, seba’ kotba ta’ novelli u żewġ kotba ta’ poeżiji. Ir-rumanzett Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa, nqaleb għall-Ingliż, Franċiż, Russu u Norveġiż. Żewġ ġabriet ta’ novelli tiegħu ġew ukoll ippubblikati fi Franza.
Tnax-il drammi tiegħu ttellgħu f’teatri diversi, fosthom fit-Teatru Manoel, it-Teatru tal-Università u l-Kavallier ta’ San Ġakbu.
Zahra attenda għadd ta’ seminars barra minn Malta dwar il-kotba għat-tfal u huwa rebaħ il-premju Nazzjonali tall-Ktieb f’kategoriji varji, għal 20 darba.
F’Diċembru 2004, l-Eċċ.T. il-President ta’ Malta ddekorah bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika bħala rikonoxximent għall-ħidma tiegħu b’risq il-letteratura għat-tfal; fl-2012 ngħata l-Midalja tad-Deheb mis-Soċjetà tal-Arti u fl-2018 irċieva l-Midalja tad-Deheb mill-Akkademja tal-Malti.
Bejn kotba ċkejknin għat-tfal, traduzzjonijiet u kotba għall-kbar, Żahra ppubblika madwar 130 ktieb.
LINJA ĦAMRA 2023 – IL-PROGRAMM
IS-17 TA’ MARZU 2023
1PM
Workshop mal-istudenti tas-sitt sena.
Post: L-Iskola Primarja tar-Rabat, Triq Vajrinġa, ir-Rabat.
Tmexxi: Elena Cardona.
L-1 TA’ APRIL 2023
9:30AM
Mixja Letterarja, ir-Rabat.
Niltaqgħu: Pjazza San Franġisk, ir-Rabat.
11AM
Iffirmar ta’ kotba.
Post: Book & Art Shop, 81, Triq Vajrinġa, Ir-Rabat.
12:30PM
Ikla mal-awturi.
Post: Tal-Massar Winery, l-Għarb.
7PM
Serata Letterarja.
Qari f’tal-Linja l-Ħamra (ix-Xewkija, Għajnsielem, l-Imġarr. il-Qala, in-Nadur, ix-Xagħra).
Nieqfu l-Ġgantija (8.30PM).
Jaqraw: Charles Bezzina, Joe Camilleri, Elena Cardona, Trevor Żahra, Corrine Zahra.
IT-2 TA’ APRIL 2023
10AM
Mixja letterarja fil-kampanja.
Mal-NGOs: Wirt Għawdex u Għawdix
10:45AM
Palk Ħieles.
Post: Il-Kappella ta’ Santa Cecilia
6PM
Serata Letterarja.
Qari f’tal-Linja l-Ħamra (iż-Żebbuġ, l-Għasri, l-Għarb, San Lawrenz, Ta’ Kerċem, il-Munxar, Ta’ Sannat, il-Fontana).
Jaqraw: Charles Bezzina, Joe Camilleri, Elena Cardona, Trevor Żahra, Corrine Zahra.
7:30PM
Għeluq il-Festival.
Post: The Jam Project, il-Fontana.
THE FIRST EDITION OF THE GOZO LITERATURE FESTIVAL – LINJA ĦAMRA
The first edition of the Gozo Literature Festival, organised by the Gozo Regional Council and Inizjamed, will be held on Saturday 1 and Sunday 2 April 2023. Readings will be held in different locations around Gozo.
Five writers, four from Gozo and one from Malta, will be reading at the Festival. The writers participating in this first edition are Charles Bezzina, Joe Camilleri, Elena Cardona, Corrine Zahra and Trevor Żahra. Readings will be held in Maltese and English.
Inizjamed has been organising the Malta Mediterranean Literature Festival for the past eighteen years. It is the only literature festival in Malta that not only celebrates the word in its poetic and prosaic form, with translations from and to numerous languages, but also the word as translated into film, music and various other art forms.
The success of the Malta Mediterranean Literature Festival has led to the creation of the Gozo Literature Festival. The aim of the Gozo Literature Festival is to consolidate and promote the works of Gozitan and Maltese writers within the Gozitan community; bridge the gap between emerging and veteran writers; involve the Gozitan community and various organisations; and also hold literary readings in places that are not usually associated with literature.
Using one of the old traditional buses, writers will travel around Gozo, visiting the majority of towns whilst reading on the same bus. Literary performances will also be held at different venues. Books from invited writers will be available at Book & Art Shop, Vajrinġa Street, Rabat.
Saturday 1 April
The day will start with a literary walk around Victoria. Then, a book signing session with the support of local book publishers Merlin Publishers, Klabb Kotba Maltin, Horizons and Faraxa Publishing will take place at the Book & Art Shop (Vajringa Street), where the public can meet the writers, have a chat with them and buy their books. The public can meet the writers again during lunch at Tal-Massar for a unique (and informal) event of food and food for thought. Registration through this link: https://forms.gle/UTRNYMe7pBxsTpPt5.
In the evening, the writers will hop on the bus and read their works whilst at Xewkija, Għajnsielem, Mġarr, Qala, Nadur and Xagħra. Around 20:30, a reading will take place in the magical setting of Ġgantija Temples. This reading is being held in collaboration with Heritage Malta.
Sunday 2 April
Sunday will also start with a literary walk, this time in the countryside with the collaboration of Wirt Għawdex and Għawdix. An open mic will follow at Saint Cecilia’s Chapel, limits of Xewkija. The public is invited to read or perform their work in whichever language they prefer. Registration is required: https://forms.gle/k9FimUrfhsa8h4Mz5.
In the evening, writers will hop once again on the bus and read their works, this time visiting Żebbuġ, Għasri, Għarb, San Lawrenz, Ta’ Kerċem, Munxar, Ta’ Sannat and Fontana. The Festival will come to a close at The Jam Project in Fontana.
The Festival’s official launch
The Festival was launched at the Gozo National Library in Rabat on the 24th of February 2023 at noon.
Pre-Festival Events
Amongst the events being held before the Festival, on Friday 17 March, a workshop will be held with year six students at the Primary School in Rabat. The workshop will be led by the invited Gozitan writer Elena Cardona.
More information is available on Facebook, on the pages of the Gozo Regional Council and Inizjamed: